ĊELEBRAZZJONI TAT 30 SENA TAL-QORTI ĠENERALI TAL-UNJONI EWROPEA

Sabiex jitfakkar it-tletin anniversarju mit-twaqqif tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, fil‑25 ta’ Settembru 2019 sar kollokju fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

L-ewwel Membri tal-Qorti Ġenerali, maħluqa bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tal‑24 ta’ Ottubru 1988, kienu ħadu l-kariga tagħhom fil‑25 ta’ Settembru 1989.

Dan il-kollokju, intitolat “Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-era diġitali”, sar fil-preżenza ta’ numru kbir ta’ rappreżentanti ta’ istituzzjonijiet Ewropej, nazzjonali u internazzjonali, kif ukoll professuri tad-dritt, imħallfin, ġuristi u avukati tal-Istati Membri kollha.

Dan kien jirrigwarda żewġ temi: “Ġustizzja aċċessibbli” u “Ġustizzja effettiva u ta’ kwalità”.

Atti tal-kollokju (bl-Ingliż u l-Franċiż skont il-lingwa tal-intervent) 

Sabiex tara dan il-vidéo trid taċċetta l-cookies ta’ YouTube.
Iva, naċċettaIktar informazzjoni

OSZAR »