Ir-Reġistru

Ir-Reġistru huwa responsabbli għaż-żamma tal-atti tal-kawżi u tar-reġistru tal-Qorti Ġenerali fejn huma inklużi l-atti proċedurali kollha.

Ir-Reġistru huwa responsabbli għar-riċezzjoni, trażmissjoni u żamma tad-dokumenti kollha, kif ukoll għan-notifika tal-atti proċedurali lir-rappreżentanti tal-partijiet u lil min iressaq talba għall-għajnuna legali.

 

Informazzjoni għall-attenzjoni ta' dawk li jixtiequ jindirizzaw lir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali

L-informazzjoni li ġejja dwar il-metodu li fih id-dokumenti jiġu ppreżentati jikkostitwixxi sunt tar-regoli applikabbli quddiem il-Qorti Ġenerali. Għal iktar dettall, jekk jogħġbok irreferi għat-testi li jirregolaw il-proċedura, li huma aċċessibbli permezz tal-link li ġej: Il-Qorti Ġenerali/Proċedura

 

Rappreżentanti

Ir-rappreżentanti msemmija fl-Artikolu 19 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea (aġenti maħtura mill-Istati Membri jew mill-Istati li huma parti mill-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minbarra l-Istati Membri, jew mill-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA, aġenti maħtura mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, avukati awtorizzati sabiex jipprattikaw quddiem qorti ta’ Stat Membru jew ta’ Stat ieħor li huwa parti mill-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u għalliema tal-Università li jkunu ċittadini ta’ Stat Membru li l-liġi tagħhom tagħtihom id-dritt ta’ udjenza) għandhom jippreżentaw kull att proċedurali u l-annessi tiegħu, kif ukoll kull dokument ieħor relatat mal-kawżi permezz tal-applikazzjoni elettronika e‑Curia.

e‑Curia huwa aċċessibbli permezz tal-link li ġej: e-Curia

 

logo e-Curia

 

 

warning Mill‑1 ta’ Diċembru 2018, e‑Curia huwa l-mod ta’ skambju esklużiv bejn ir-rappreżentanti u r-Reġistru fil-proċeduri kollha quddiem il-Qorti Ġenerali. Il-partijiet kollha huma kkonċernati (rikorrenti, konvenuti, intervenjenti, partijiet oħra quddiem il-Bordijiet tal-Appell tal-EUIPO), kif ukoll min jagħmel talba għal intervent. Il-metodi l-oħra ta’ preżentata (bil-posta, faks, messaġġ elettroniku jew bl-idejn fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali) huma biss permessi f’każijiet speċifiċi previsti mir-regoli.

 

Għal iktar informazzjoni:

Informazzjoni dwar e-Curia

e-Curia huwa obbligatorju quddiem il-Qorti Ġenerali 

 

Min iressaq talba għall-għajnuna legali

Min iressaq talba għall-għajnuna legali u ma jkunx irrappreżentat minn avukat għandu jippreżenta l-formola tal-għajnuna legali lir-Reġistru permezz bil-posta jew bl-idejn fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali.

Il-formola tal-għajnuna legali hija aċċessibbli permezz tal-link li ġej: Il-Qorti Ġenerali/Proċedura.

Ebda formola oħra ma għandha tintuża. Il-formola tal-għajnuna legali ppreżentata fir-Reġistru għandha tinkludi l-firma bl-idejn ta’ min iressaq it-talba.

 

Applikanti oħra

It-talbiet ta’ natura ġenerali għandhom jiġu indirizzati permezz tal-formola elettronika ta’ kuntatt li hija aċċessibbli permezz tal-link li ġej: Kuntatti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Reġistru tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea:

Rue du Fort Niedergrünewald

L-2925 Luxembourg

Tel.: (+352) 4303-1

Faks: (+352) 4303 2100

Indirizz elettroniku: [email protected]

 

 

OSZAR »